Futbol Sport

Lazio jiksbu rebħa faċli fuq Monza, Napoli miżmuma minn Udinese

(Ritratt; EPA)

Roma rritornaw għar-rebħ wara lil għelbu lil Venezia bl-iskor minimu 1-0.
Il-gowl tar-rebħa wasal minn Paulo Dybala li kkonverta l-penalty tiegħu li wasal minn foul ta’ Marcandalli fuq Angelino.

Lazio kisbu rebħa stupenda kontra Monza biex telgħu momentarjament fir-raba’ post b-iskor finali jkun 5-1.

Il-Biancoceleste fetħu l-isor ftit wara n-nofsiegħa logħob permezz ta’ Marusic mill-pass ta’ Isaksen.
Il-maġġoranza tal-gowls jaslu fit-tieni taqsima hekk kif l-ewwel kien l-veteran Pedro li sab ix-xibka fis-57 minuta, biex sitt minuti wara Taty Castellanos jagħmlihom 3-0.

Pedro skorja d-dopjetta personali fis-77 minuta minn azzjoni maħduma tajba minn Tchouna, Noslin u l-iskorer Spanjol.

Monza skorjaw gowl lura fis-86 minuta permezz tal-eks Inter Sensi, madankollu Lazio rrispondew żewġ minuti wara din id-darba Dele Bashiru jiskorja.

Cagliari komplew jitboegħu miż-żona ‘l ħamra hekk kif għelbu lil Parma 2-1, li b’mod kuntrarju jinsabu fit-18-il post.

Il-gowls kollha jaslu fit-tieni taqsima bl-ewwel ikun Vogliacco b’auto gowl fis-57 minuta, b’Coman jirdoppja fos-70 minuta.

Leoni naqqas l-iskor fit-78 minuta pero jkun tard wisq għar-rimonta,

F’konfront ieħor minn naħa t;isfel tal-klassifika, il-partita bejn Lecce u Bologna ntemmet fl-iskor ta’ 0-0.
Ebda gowl f’partita nieqsa minn azzjonijiet minkejja li Bologna kellhom aktar minn 60 fil-mija pussess iżda rari impenjaw serjament lil Wladimiro Falcone.

B’dan ir-riżultat, Bologna saħħew posthom fit-tmien post bi 38 punt filwaqt li nifs għal Lecce li telgħu fl-14 il-post b’24 punt fejn filwaqt li qabżu lil Verona b’punt laħqu lil Cagliari wkoll b’24 punt.

Fl-aħħar partita mill-programm twil tal-Ħadd, Napoli ġew miżmuma fl-Armando Maradona Stadium 1-1 minn Udinese.

Il-gowls kollha jaslu fl-ewwel taqsima, hekk kif fis-37 minuta Scott McTominay ikompli l-forma tajba tiegħu meta jsib ix-xibka minn pass ta’ Politano, bil-Bianconeri jagħmlu l-iskor indaqs 7 minuti wara permezz tal-midfielder avvanzat Jurgen Ekkelenkamp mill-assist ta’ Karistrom. Il-gowl ta’ Ekkelenkamp jkun l-ewwel wieħed dan l-istaġun għall-Olandiż fis-Serie A.

B’riżultat favorevoli għal Inter kontra Fiorentina għada, jekk jirnexiellhom ipattu tar-riżultat negattiv miksub il-Ħamis ta’ 3-0, in-Nerazzuri jkunu punt biss il-bogħod minn Napoli fil-quċċata tal-klassifika wara 24 logħba.

Il-Ġimgħa
Como v Juventus 1-2

Is-Sibt
Verona v Atalanta 0-5
Empoli v Milan 0-2
Torino v Genoa 1-1

Illum
Venezia v Roma 0-1
Lazio v Monza 5-1
Cagliari v Parma 2-1
Lecce v Bologna 0-0
Napoli v Udinese

Għada
Inter v Fiorentina 8:45p