Futbol Sport

Liverpool megħluba minn Plymouth Argyle fil-FA Cup

Plymouth Argyle wettqu sorpriża kbira hekk kif għelbu lil Liverpool li jinsabu fl-ewwel post tal-Premier League u spiċaw l-ewwel fil-UEFA Champions League, bl-iskor finali jkun 1-0.

It-tim rebbieħ bħalissa jinsabu fl-aħħar post taċ-Championship.

Il-gowl tar-rebħa wasal fit-53 minuta permezz ta’ Hardie li kkonverta l-penalty tiegħu.

Wolves għaddew għar-rawnd li jmiss tal-FA Cup meta għelbu lil Blackburn Rovers bl-iskor ta’ 2-0.

Joao Gomes fetaħ l-iskor l-ewwel wara 33 minuta, segwit minn gowl minuta wara tal-istilla Matheus Cunha.