Lokali

Mara ta’ 75sena weġgħet gravi wara inċident ta’ traffiku f’Wied il-Għajn

Mara ta’ 75 sena u toqgħod Wied il-Għajn, għal xi l-għaxra neqsin kwart ta’ dalgħodu, ittieħdet l-Isptar Mater Dei għax weġġgħet f’inċident tat-traffiku fi Triq Sant’Antnin, Wied il-Għajn.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma ntlaqtet minn Mazda Demio, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 54 sena residenti Wied il-Għajn ukoll. Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.