Lokali

Miriana Conte bil-kanzunetta ‘Kant’ se tkun qed tirrapreżenta lil Malta fl-Iżvizzera f’Mejju li ġej

‘Kant’ kantata minn Miriana Conte hija l-kanzunetta rebbieħa tal-Malta Eurovision ta’ din is-sena u għaldaqstant f’Mejju li ġej se tirrapreżenta lil Malta fis-69 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest li se jsir fl-Izvizzera.

‘Kant’ kienet r-rebbieħa minn fost 16-il kanzunetta li ħadu seħem fis-serata finali li saret fl-MFCC f’Ta’ Qali. Huma kisbu l-akbar ammont ta’ punti mill-vot tal-pubbliku sabiex b’kollox irnexxielhom jiksbu 182 punt

Fit-tieni post klassifikat Kirsty Spiter bil-kanzunetta ‘Heaven Sent’ b’174 punt.

Fit-tielet post b’136 punt, klassifikaw Kantera bil-kanzunetta ‘Lalaratatakeke Lalaratakabum’.

Fl-istess serata, il-mistiedna speċjali kien Alexander Rybak – ir-rebbieħ tal-Eurovision 2009 bil-kanzunetta ‘Fairytale’ fejn ġie mistieden jallegra l-udjenza bil-mużika tiegħu. Sa issa huwa hu l-iżgħar raġel li qatt rebaħ il-Eurovision hekk kif meta rebaħ kellu biss 23 sena.

Ir-rebbieħa tal-Malta Eurovision Song Contest tas-sena li għaddiet Sarah Bonnici, kienet mistiedna wkoll ghas-serata final tal Malta Eurovision Song Contest, fost oħrajn kantant il-kanzunetta ‘Loop’.

Mistiedna wkoll kienet  ir-rebbieħa ta’ Muzika Muzika tas-sena li għaddiet Maxine Pace, fejn fost oħrajn kantant ‘Mhux tal-Aħħar’, u r-rebbieħ tal-Junior Eurovision ta’ 2024 Ramirez Sciberras li kanta ‘Stilla ċkejkna’.