Futbol Sport

Pembroke Athleta bi protesta biex isalvaw il-faċilitajiet tagħhom

Dalgħodu fin-Nursery ta’ Pembroke, grupp ta’ tfal, plejers u ġenituri inġabru flimkien biex jipportestaw kontra l-kirja tal-ispazji tan-Nursery, speċifikament tal-grawnd tal-5-asides.

Din il-protesta waslet wara ftit ta’ jiem ilu sar magħruf li l-President ta’ Pembroke mistenni jilħaq ftehim ma’ investitur biex il-granwd tal-5 aside jinbidel f’Padel Court.

Fi stqarrija ippublikata minn grupp ta ġenituri, sostnew li bħala ġenituri qed jiddikjaraw b’mod ċar li huma kuntent bix-xogħol li qed isir mill-istaff tkeniku, madankollu huma diżappuntanti immens bil-President u kif mhux qiegħed jisma’ l-għajta tal-ġenituri tat-tfal li huma l-qalba tal-klabb.

Huma komplew iżidu li n-Nursery ta’ Pembroke qed tikber b’suċċess, madankollu l-faċiltajiet diġa mhux biżejjed fejn jittrenjaw, u b’din il-proposta li jinbena dan il-Padel Court se tkompli tnaqqas ir-riżorsi tan-Nursery.

DIn l-istqarrija tghħid ukoll li dan il-grawnd inbena b’fondi mill-Gvern, jiġifieri bil-flus tal-poplu. Dawn il-fondi kienu maħsuba biex jinbena grawnd tal-futbol għat-tfal tan-nursery u għall-komunità, mhux biex jinbidel fi sors ta’ dħul minn kirjiet ta sports jew timijiet oħra. Il-klabb bbenefika minn dawn il-fondi, iżda t-tfal tagħna għadhom bla spazju adegwat!

Finalment f’din il-protesta intqal ukoll li l-President diġà qed jirċievi qrib il-€135,000 fis-sena minn dan il-kumpless mill-kirjiet tal-Padel u mir-ristorant, u staqsew fejn qed immorru dawn il-fondi u għalfejn mhux jiġu investiti fil-faċiltajiet għat-tfal.