Lokali Qorti

Probation għal tliet snin wara li offenda lil eks sieħba tiegħu f’argument fuq kelb

Raġel Ukren ta’ 37 sena residenti San Pawl il-Baħar ingħata probation ta’ tliet snin wara li l-Ħadd ammetta quddiem l-Maġistrat Jean Paul Grech li hedded lill-eks sieħba bi kliem li kien se joqtolha u jaħraqha fejn huwa mifhum li l-argument beda fuq kelb.

Ir-raġel li għandu passaport Portugiż ġie mixli wkoll li kkaġunalha biża li se tintuża’ vjolenza fil-konfront tagħha u li ħareġ barra mill-limit ta’ provokazzjoni u l uża l-mobajl biex iwettaq dan it-theddid. Ġie mixli wkoll li uża apparat elettroniku b’mod mhux xieraq.

Minn sorsi li għandu dan is-sit jidher li l-koppja ma għadhomx flimkien li allegatament il-mara kienet qed ikollha relazzjoni ma’ raġel ieħor ferm iżgħar mill-imputat, Jidher li dan l-aħħar il-vittma riedet akkost ta’ kollox il-kelb tiegħu, li hu jħobb ħafna u l-mara bdiet tiffittah biex jagħtiulha.

Dan kollu seħħ meta omm l-Ukren ġiet Malta għal ġimgħatejn bħala sorpriża u skont hu anke l-mara wieġbet bi kliem offensiv fil-konfront tiegħu. Hawn jidher li qabżitlu u għalhekk huwa wieġeb bit-theddid. Minbarra probation għal tliet snin huwa ġie mmultat 150 ewro. Għalih deher l-Avukat David Gatt. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Antonello Magri.