Lokali

Rapporti li Miriana Conte ittieħdet l-isptar wara ħabta

Ix-Xandir Nazzjonali qed jirrapporta li l-kantanta Miriana Conte ddaħħlet l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li dalgħodu kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żebbuġ.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.30am fi Triq l-Imdina.

Ir-rapport jindika li Conte kienet involuta f’inċident ma’ karozza li kienet qed tinstaq minn raġel t’40 sena u li joqgħod Birkirkara.

Skont TVM, il-kantanta għandha xokk.