Għalkemm s’issa għadhom ma ġewx ikkonfermati l-kanzunetti tal-pajjiżi kollha li ser jieħdu sehem fil-Eurovision 2025, id-djar tal-imħatri, wara l-finali tal-bieraħ, poġġew lil Malta fiċ-ċans li tikklassifika mal-ewwel 10 – bil-kanzunetta ‘Kant’ ta’ Miriana Conte.
Madanakollu għad fadal bosta pajjiżi li għad iridu jagħżlu l-kanzunetta tagħhom – fosthom l-Italja bil-Festival ta’ San Remo u anke l-Iżvezja, pajjiż li dejjem preżenta diski b’saħħtihom għal dan il-konkors.
Tajjeb ngħidu però li dawn l-‘odds’ jinkludu wkoll pajjiżi li għad m’għandhomx kanzunetta magħżula – madanakollu huma joqgħodu abbażi tal-kanzunetti favoriti tal-konkors lokali f’dak il-pajjiż partikolari.
//= $special ?>