Bejn is-Sibt 22 u l-Ħadd 23 ta’ Frar 2025, se ssir l-Maratona Sports fl-Oratorju Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija tal-Imġarr – avveniment li ilu jsir għal aktar minn 25 sena b’risq id-Dar tal-Providenza u l-bżonnijiet pastorali tal-Oratorju.
Din il-maratona ta’ 24 siegħa se tinkludi logħob kontinwu ta’ billiard u table tennis, kif ukoll attivitajiet għall-familja kollha.
Il-ftuħ se jsir nhar is-Sibt 22 ta’ Frar b’quddiesa u minn hemm tibda din l-attività.
Fost il-programm hemm movie night għat-tfal, ‘isma u mmarka’ għaż-żagħżagħ, tournament ta’ billiard u football fun games għat-tfal, kif ukoll prisoners tournament għal etajiet bejn 12 u 15-il sena u anke diversi logħob għat-tfal u attivitajiet ta’ divertiment.
Għal aktar dettalji tista’ żżur il-paġna uffiċjali tal-Maratona Sports fuq https://www.facebook.com/MaratonaSports.
//= $special ?>