Fashion show li jagħti spazju lil tfal u żgħażagħ b’diżabbiltà, mard rari u kundizzjonijiet – sabiex flimkien ma’ ħuthom jkunu jistgħu jqattgħu serata b’differenza.
Dan hija l-isfilata I Believe in Me organizzata mill-NGO Smiling with Jerome fl-Iskola Santa Monika, f’Santa Monika, fejn f’esperjenza mill-isbaħ tara l-kapaċità tat-tfal f’atmosfera ta’ ċelebrazzjoni, festa u mużika.
L-għan wara din l-attività ta’ ġbir ta’ fondi, li tiġi organizzata sena wara l-oħra, hu li tinfirex aktar pożittività u nuruhom li jistgħu jimmudellaw skont l-abbiltajiet tagħhom waqt li jingħataw l-għajjnuna kollha meħtieġa.
F’atmosfera ta’ għaqda u ferħ, sar dak kollu meħtieġ biex dawn it-tfal u żgħażagħ ingħataw esperjenza mill-isbaħ fejn saħansitra nġiebu l-hairdressers u l-makeup artists qabel l-isfilata, fejn kien hemm għażel ukoll li jimmudella bil-Face Painting.
Fatt mill-aktar interessanti huwa li l-għażla tal-ħwejjeġ kienet kompletament f’idejn il-parteċipanti li tħallew fil-libertà li jagħżlu huma. Dan filwaqt li din proprju ma kinitx kompetizzjoni iżda festa ta’ parteċipazzjoni fejn kull parteċipant ingħata rikonoxximent u premju. Celebrazzjoni ta’ ugwaljanza, ferħ u għaqda bejn il-familji preżenti.
//= $special ?>