Ħadd ma kiseb il-maġġoranza fl-elezzjonijiet tal-Ekwador hekk kif iż-żewġ kandidati Presidenzjali ġabu l- persentaġġi simili fl-ewwel rawnd ta’ voti.
Daniel Noboa mill-partit taċ-ċentru lemin u Luisa Gonzalez mill-partit xellugi ġabu persentaġġi simili ta’ voti u għaldaqstant se jkunu qed imorru għat-tieni rawnd ta’ voti f’April illi ġej.
Ir-riżultati ħasdu lil bosta, fosthom anke lill-kostitwenti ta’ Noboa hekk kif polls li saru ftit qabel l-elezzjoni wrew illi kien se jirbaħ l-elezzjoni b’riżultati tajbin.
Il-President Noboa huwa magħruf għall-ġlieda kontra l-vjolenza tal-gangs, fejn anke implimenta miżura ħarxa sabiex jipprova jnaqqas il-kriminalitajiet fil-ħabsijiet u anke fit-toroq.
Intant, il-kostitwenti tal-avversarju ta’ Noboa – Luisa Gonzalez, iddeskrivewa bħala persuna li tista’ ġġib il-bidla, u terġa’ tagħti dinjità lill-ħaddiema tal-Ekwador.
Għaldaqstant, l-elezzjonijiet se jkunu qed imorru għat-tieni rawnd ta’ voti f’April illi ġej.
//= $special ?>