“Irridu niżguraw li d-drittijiet fundamentali tal-bniedem jiġu mħarsa u li verament issir ġustizzja…il-bidla li qed jipproponi l-Gvern ser tneħħi d-dritt taċ-ċittadin privat li jersaq quddiem Maġistrat għal ftuħ ta’ Inkjesta.”
Saħqet dan il-Kamra tal-Kummerċ fi stqarrija ppublikata t-Tnejn – fejn ingħaqdet mal-kumplament ta’ bosta għaqdiet u korpi kostitwiti oħra fl-appell sabiex id-dritt li tinfetaħ Inkjesta minn ċittadin privat ma jitneħħix – dan dejjem għas-salvagwardja tal-ġustizzja u s-saltna tad-dritt.
Huma saħqu li l-interess mhux biss tagħhom, iżda ta’ kull min jgħożż lil pajjiżu, hu li ssir ġustizzja dejjem u li dawk li naqsu jwieġbu għal għemilhom b’kull mod possibli.
Il-Kamra tal-Kummerċ saħqet li l-irwol tal-politiku hu li jiggarantixxi serħan il-moħħ li l-ġlieda għall-ġustizzja ssir dejjem.
Il-Malta Chamber rikonoxxit ukoll ix-xogħol li jsir mill-membri tal-ġudikatura – filwaqt li tenniet is-sapport u l-fiduċja tagħha lejn ix-xogħol li jsir minnhom.
Min naħa l-oħra il-Malta Chamber stqarret li hemm riformi li taqbel magħhom – riformi li l-Partit Nazzjonalista ilu żmien jisħaq fuqhom.
Madanakollu dan il-Gvern, qiegħed jiprova jneħħi dritt fundamentali billi jagħqqad miegħu riformi oħra meħtieġa.
//= $special ?>