Raġel ta’ 38 sena mill-Bożnja residenti San Pawl il-Baħar ammetta fil-Qorti preseduta mill-Maġistrat Nadia-Helena Vella li kellu materjal pornografiku li fih jidhru minuri. Huwa ngħata ċans jerġa’ jaħseb dwar l-ammissjoni tiegħu, minħabba l-piena tista’ tkun waħda severa.
Huwa kkonferma l-ammissjoni tiegħu bis-sentenza hija skedata li tingħata l-Ġimgħa 14 ta’ Frar. Isem ir-raġel ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti biex tiġi protetta bintu ta’ tmien snin. Huwa ammetta li pproduċa, qassam u kellu fil-mobajls tiegħu materjal pornografiku li juri minuri ta’ inqas minn disa’ snin.
Id-difiża qalet li l-akkużat ikkopera mal-Pulizija, ammetta fi stadju bikri u għalhekk talbet għall-piena minima. Il-prosekuzzjoni informat ukoll lill-Qorti li r-raġel għandu l-problema tax-xorb u talabha l-għajnuna.
Il-Maġistrat Vella filwaqt li sabet lill-imputat ħati fuq ammissjoni tiegħu stess ordnat ukoll li jiġu distrutti ż-żewġ mobajls li fihom instab il-materjal pornografiku. Ordnat ukoll li ismu jitniżżel fir-reġistru ta’ dawk li jabbużaw mit-tfal. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Elton Buckingham.
//= $special ?>