Futbol Sport

Jibda x-xogħol fil-grawnd ta’ Pembroke minkejja l-protesti kontinwi

Kif irraporta dan is-sit matul dawn l-aħħar ġranet, huma ħafna partitarji u tfal li jinsabu rrabjat bis-sitwazzjoni kurrenti fin-Nursery ta’ Pembroke Athleta, fejn minkejja bosta protesti u petizzjonijiet, beda xorta x-xogħol biex jitneħħa l-grawnd tal-5-aside u jinbidel f’Padel Courts.

Dan is-sit għandu informazzjoni li dan il-proġett qiegħed isir biss għal skop finanzjarju tal-investitur, u mhux jikkonsidra l-effett negattiv li se jkollu fuq it-tfal tan-Nursery ta’ Pembroke Athleta. Ħafna huma dawk li jinsabu frustrati b’dan l-iżvillupp u bid-deċiżjoni tal-President biex jikri din l-art sabiex jinbnew il-Padel Courts, flokk jiġu investiti iżjed flus fl-iżvilupp tat-tfal.