“Il-kanzunetta hija dwar l-inklużjoni – fuq kif jiena ħassejtni ħajti kollha”
Huwa dan il-ħsieb wara l-kanzunetta ‘KANT’, kanzunetta li l-poplu Malti u Għawdxi għażel sabiex tirrappreżenta lill-pajjiżna fl-Iżvizzera.
NetNews tkellem mar-rebbieħa Miriana Conte illi spjegatilna li l-kanzunetta li hija għażlet li tipparteċipa biha hija dwar l-inklużjoni, għaliex hi, ilha ħajjitha bil-kundizzjoni tal-ADHD.
Miriana spjegatilna wkoll l-konnessjoni li għandha l-kanzunetta mal-musical Sound of Music illi propju twieled fl-Iżvizzera.
Intant, Miriana indirizzat ukoll l-opinjonijiet varji li daru mal-kanzunetta li qed tiġi kkunsidrata bħala waħda differenti minn dak li l-poplu huwa mdorri bih – fejn spjegat illi minkejja li ma tistax tintogħġob ma’ kulħadd, il-kummenti li saru fil-konfront tagħha tużahom sabiex timtela’ determinazzjoni.
Miriana appellat ukoll sabiex il-poplu jieħu ħsieb il-kummenti illi jikteb, dan għaliex bosta jistgħu jitqiesu bħala bullying.
Miriana Conte se tkun qed tirrappreżenta lill-pajjiżna f’Basel fl-Iżvizzera f’Mejju illi ġej, bil-kanzunetta tkun ta’ suċċess fuq livell internazzjonali permezz tal-midja soċjali…b’bosta anke jqisuha bħala waħda mill-favoriti.
//= $special ?>