“Ninsabu grati immens li stajna niġu u nsemmgħu leħinna, sabiex is-settur sportiv jagħmel il-qabża li hemm bżonn.”
Dan kien is-sentiment ta’ bosta atleti u amministraturi li huma involuti fis-settur sportiv, u li l-Ħadd filgħodu tkellmu fil-konferenza mtellgħa mill-Partit Nazzjonalista li kienet iddedikata għas-settur sportiv. Settur li dejjem aktar qed jitlob għal investimenti akbar.
Ma’ Net News, tkellmu l-professjonisti li ipparteċipaw fid-djalogu tal-Partit Nazzjonalista dwar l-isport, fejn spjegaw kemm huma importanti laqgħat bħal dawn.
Huma saħqu fuq kif l-isport varju jrid ikun irrapreżentat bl-aħjar mod – għaliex anke jekk l-isport f’pajjiżna kiber għad fadal ħafna aktar ivestiment xi jsir.
Min naħa l-oħra l-Kap tal-PN Bernard Grech sostna kif dawn id-diskussjonijiet jixprunaw il-politika tal-Partit Nazzjonalista – politika li tiġi mfassla mill-esperjenzi varji tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.
//= $special ?>