Internazzjonali Lokali

Preżentatur tal-BBC jisħaq li ma jistax idoqq il-kanzunetta ‘Kant’

U komplew ir-reazzjonijiet għall-kanzunetta li se tkun qed tirrappreżenta lill-pajjiżna fl-Iżvizzera fil-Eurovision Song Contest, hekk kif DJ ewlieni ta’ BBC Radio, fir-Renju Unit tenna li żgur mhux ħa jkun jista’ jdoqq il-kanzunetta Maltija.

DJ Scott Mills – spjega illi fuq BBC ma jistgħux jitkellmu fuq il-kanzunetta Kant.

Skont rapporti jidher illi minkejja li Dj Mills ma tax raġuni għalfejn il-BBC ma jistax idoqq silta mid-diska ‘KANT’…jidher illi ma jistax jagħmel proprju minħabba t-titlu.

Dan minħabba l-fatt illi t-tifsira fonetika tal-kelma Maltija ‘KANT’ hija waħda espliċita bil-lingwa Ingliża u għaldaqstant qanqlet ħafna opnijonijiet varji madwar l-Ewropa.