Raġel ta’ 24 sena mill-Imtarfa tilef ħajtu f’inċident ikrah li seħħ għall-ħabta tad-9pm, propju fil-ġurnata ta’ San Pawl.
Is-sewwieq ġie iċċertifikat mejjet fuq il-post.
Apparti l-vittma, kien hemm passiġġier – raġel ta’ 23 sena, wkoll residenti l-Imtarfa. Hu ddaħħal l-Isptar Mater Dei b’urgenza. Madanakollu il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.
Jidher li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu, sabiex spiċċa f’ħabta ma’ pilastru tal-konkos.
AKTAR KMIENI
Sewwieq kellu jinħareġ mill-vettura tiegħu permezz ta’ intervent mis-CPD wara inċident li seħħ illejla qabel id-dahla tal-mini ta’ Ħal Kirkop – biswit l-ajruport.
Il-karozza involuta kienet ta’ għamla BMW, lewn griż.
Il-kundizzjoni tas-sewwieq ghadha mhix magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>