Internazzjonali Sport

Taylor Swift ibbujata mill-partitarji tal-Eagles

Il-finali tas-Super Bowl, mirbuħa mill-Philadelphia Eagles, ġabet flimkien uħud mill-aqwa atturi ta’ Hollywood, kantanti kif ukoll politiċi, fosthom il-President Amerikan Donald Trump.

Apparti Bradley Cooper u Beyonce, fuq l-istands dehret Taylor Swift li marret tappoġja lil Travis Kelce – iżda spiċċat ibbujata mill-partitarji tal-Eagles meta ġabuha fuq l-iscreen tal-istadium.

Trump minn naħa tiegħu immarka l-istorja hekk kif sar l-ewwel President tal-Istati Uniti li attenda finali ta’ Super Bowl.