Mara ta’ 39 sena residenti Ħaż-Żabbar li għandha l-vizzju tal-logħob tal-azzard ġiet ikkundannata tliet snin ħabs wara li ammettiet li ffrodat is-sooma ta’€7,615 fil-konfront ta’ disa’ persuni. Maxlene Mizzi ammettiet quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima li wettqet dan ir-reat bejn l-1 ta’ Jannar 2024 u s-6 ta’ Jannar ta’ din is-sena kif ukoll li kisret il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest fuq każ ieħor.
Mat-tliet snin ħabs, il-Qorti ħarġet ordni ta’ trattament għal tliet snin biex matulhom Mizzi tingħata l-għajnuna sabiex tindirizza l-vizzju tal-logħob tal-azzard u ordnatilha wkoll tħallas lill-vittmi l-ammont li ffrodathom.
l-Qorti saħqet li qegħda tqiegħed lill-hatja Maxlene Mizzi taht Ordni ta’ Trattament ai termini tal-Artikolu 412D tal-Kapitolu 9 tal-Ligijiet ta’ Malta, sabiex tingħata l-ghajnuna psikjatrika u psikologika necessarja kif
ukoll kull ghajnuna ohra li jista’ jkollha bżonn l-hatja.
Dan b’mod partikolari li ssegwi t-terapija moghtija lilha sabiex tindirizza l-problemi taghha tal-loghob ta’ l-azzard (gambling), hekk kif jista’ jigi rakkomandat mill-Probation Officer, bl-intervent ta’ Professjonisti varji.
Il-Maġistrat Grima ordnat ukoll li €5,000 li hija nofs il- garanzija personali li bihom inħelset mill-arrest fuq każ ieħor jgħaddu għand il-Gvern kif ukoll ordnat ukoll l-arrest mill-ġdid tal-mara. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Darryl Farr, Roderick Attard u Nico Zarb.
//= $special ?>