Lokali

Żagħżugħ ta’ 24 sena jitlef ħajtu f’inċident qabel il-mina ta’ Ħal Kirkop


Raġel ta’ 24 sena mill-Imtarfa tilef ħajtu f’inċident ikrah li seħħ għall-ħabta tad-9pm fi Triq l-Ewwel Titjira, propju fil-ġurnata ta’ San Pawl.

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li l-vittma kien qiegħed isuq BMW, tilef il-kontroll
tagħha, bil-konsegwenza li ħabtet mal-barrier tas-central strip u spiċċat ma’ struttura tal-konkos fuq il-karreġġjata opposta.

Fuq il-post issejħu minnufih il-pulizija, timijiet mediċi mill-isptar u membri tal-Protezzjoni Ċivili. Sfortunatament is-sewwieq ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Raġel ieħor ta’ 24 sena mill-Imtarfa li kien passiġġier ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard
kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.

Il-Maġistrat Joe Mifsud ħatar inkjesta fejn ħatar diversi esperti, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizjia b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.