Żewġ żgħażagħ jeħilsuha ħafif hekk kif kellhom jittieħdu b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li nqalbu f’inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid.
Il-każ seħħ ftit wara l-għaxra tat-Tnejn filgħodu fi Triq il-Palma, fejn il-vettura kienet misjuqa minn żagħżugħa ta’ 29 sena minn Santa Venera, akkumpanjata minn żagħżugħ tal-istess età mill-Marsa.
Fil-post għamlu l-wasla tagħhom minnufih tim mediku u uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu, fejn ħadu liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura medika.
Aktar tard irriżulta li ż-żewġ żgħażagħ ġarrbu ġrieħi ħfief.
//= $special ?>