Christ Gatt huwa ż-żgħażugħ ta’ 24 sena mill-Imtarfa tilef ħajtu f’inċident ikrah li seħħ għall-ħabta tad-9pm, ilbieraħ.
Sfortunatament, Christ Gatt li kien qed issuq il-karrozza tiegħu ġie iċċertifikat mejjet fuq il-post.
Apparti l-vittma, kien hemm passiġġier – raġel ta’ 23 sena, wkoll residenti l-Imtarfa. Hu ddaħħal l-Isptar Mater Dei b’urgenza. Madanakollu il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.
Jidher li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu, sabiex spiċċa f’ħabta ma’ pilastru tal-konkos.


