Lokali Mużika

Il-kanzunetta ta’ Miriana Conte numru wieħed fuq YouTube

Il-kanzunetta li Miriana Conte se tinterpreta sabiex tirrapreżenta lill-Malta fil-Eurovision ta’ din is-sena, marret viral fuq kull pjattaforma soċjali madwar id-dinja, tant li spiċċat numru wieħed fuq YouTube.

Il-kanzunetta bit-titlu ‘Kant’ kienet diġa’ saret popolari fuq il-medja soċjali qabel il-finali ta’ Malta; iżda malli tħabbret bħala d-diska uffiċjali li biha se tirrapreżenta lil pajjiżna, Miriana Conte spiċċat trending madwar id-dinja kollha.

Il-filmat li ppubblikaw l-account tal-Eurovision Song Contest fuq Youtube bħalissa jinsab l-ewwel fuq trending, b’250,000 view… li mal-ħin għadhom qed jitilgħu.

Fuq TikTok hemm ukoll diversi filmati ta’ nies ifaħħru d-diska, bil-views fuq il-filmati kollha jaqbżu l-miljun.

U minkejja li diversi persuni qed jiddeskrivu din il-kanzunetta bħala kontroverjali, id-diska ta’ Conte saret popolari ma’ nies kemm f’Malta, kif ukoll fuq livell internazzjonali.