Internazzjonali Mużika

Illejla jibda uffiċjalment il-festival ta’ Sanremo

Minn Fedez għal Massimo Ranieri. Minn Gorgia għal Francesco Gabbani. Dawn huma biss erba’ mill-ħafna artisti li mil-lejla se jkunu qed jikkompetu fit-Teatru Ariston waqt il-finali ta’ Sanremo.

Dan il-festival popolari immens qed jirritorna b’aspettattivi kbar, hekk kif din is-sena se jkun preżentat minn Carlo Conti.

B’kollox hemm 29 kanzunetta li qed jikkompetu.

Il-finalissima ta’ Sanremo se ssir nhar is-Sibt li ġej.

Intant, fost il-mistidnin speċjali tal-lejla se jkun hemm il-kantant Jovanotti.