Stadio Giuseppe Meazza
Inter 2 Fiorentina 1
Ġranet wara li Inter sfaw megħluba minn Fiorentina fl-Artemio Franchi, waslet ir-reazzjoni immedjata fejn din id-darba fil-Meazza Inter kisbu s-16 ir-rebħa tal-istaġun sabiex issa b’54 punt jinsabu punt biss taħt Napoli. Fiorentina baqgħu b’hekk fis-sit post bi 42 punt.
Fit-28 minuta wara corner ta’ Hakan Calhanoglu, kien MARIN POGRACIC li b’autogowl għeleb lil David De Gea biex poġġa lil Inter fil-vantaġġ. Fil-31 minuta ammoniti minn Federico La Penna ż-żewġ kowcis Simone Inzaghi għal Inter u Raffaele Palladino għal Fiorentina minħabba protesti. Fl-44 minuta, Matteo Darmian lagħab il-ballun b’idu fil-kaxxa kif ikkonfermat bil-VAR. La Penna saffar penalty għal Fiorentina b’ROLANDO MANDRAGORA jegħleb lil Yann Sommer. Riżultat ta’ 1 – 1 fi tmiem l-ewwel taqsima.
Fit-52 minuta Inter mill-ġdid marru fil-vantaġġ. Minn pass ta’ Carlos Augusto kien MARKO ARNAUTOVIC li għeleb lil Sommer 2 – 1. Minkejja li kibret il-pressjoni minn Fiorentina bejn ammonizzjoni u oħra, b’xi mod Inter iddefendew ir-rizultat biex saħħew posthom fid-dell ta’ Napoli.
//= $special ?>