Futbol Sport

It-tim nazzjonali Malti se jilgħab partita ta’ ħbiberija kontra l-Bosnija

(Ritratt: Catriel Farrugia)

It-tim nazzjonali Malti se jkun qed jilgħab partita ta’ ħbiberija kontra l-Bosnija f’Ottubru li ġej fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali. Il-partita se tkun qed tintlagħab fit-12 ta’ Ottubru fis-7.00pm.

Din il-partita se tkun qed tintlagħab bejn l-impenji li t-tim Malti għandu matul ix-xahar ta’ Ottubru fejn se jkun qed jilgħab kontra Spanja jew l-Olanda tliet ijiem qabel.

F’din il-partita l-kowċ Emilio De Leo se jkun jista’ jkompli janalizza l-plejers tiegħu qabel il-waqfa f’Novembru.