Colin Schembri
Starlites JSD…………………………74
Luxol Sherries Estates…………92
(11-31)(22-19)(8-22)(33-20)
Luxol Sherries Estates fetħu l-ġurnata b’rebħa kontra Starlites JSD 92-74. Kien hemm waqtiet fil-partita fejn il-vantaġġ ta’ Luxol kien saħansitra ta’ 33 punt 72-39. Is-shooting għamel differenza fil-partita bil-Luxol jagħmlu 11 –il trippla minn 21 u Starlites għamlu biss 7 minn 33. Starlites reġgħu inkludew lil Trevon Reddish li kien ġie mserraħ kontra Tigers però kienu mingħajr Benjamin Curran. Luxol kellhom bidu mill-aqwa speċjalment is-shooters tagħhom u tista tgħid dan kien l-aktar fattur li spikka fl-ewwel żewġ sessjonijiet. Luxol għamlu sitt trippli fl-ewwel sessjoni b’Jean Paul Schembri jibda bi tlieta u oħra ta’ Darron Howard f’run ta’ 14-2. Wara risposta minn Starlites bi trippla ta’ Kai Fabri, Luxol reġgħu għamlu run oħra ta’ 12-0 bi trippla ta’ Nathan Xuereb u baskets ta’ Vukassin Jandric biex temmew l-ewwel sessjoni 31-11 minn fuq. Starlites donnhom ma setgħux jirkupraw tant li l-vantaġġ ta’ Luxol kiber għal 25 punt kmieni fit-tieni sessjoni 42-17. Hawn però c-champions irnexxielhom jagħmlu run ta’ 11-0 immexxija minn Chris Paul u Trevon Reddish. Luxol reġgħu irrispondew bi trippli din id-darba minn Stefan Cappello biex daħlu jistrieħu 50-33 minn fuq.
It-tielet sessjoni rat lil Luxol ikomplu bl-istess ritmu b’żewġ trippli oħra minn Schembri u Howard. Starlites ippruvaw jirkupraw però xejn ma seta’ jiġihom żewġ hekk kif Luxol għamlu run oħra ta’ 12-0 u fetħu vantaġġ massimu ta’ 33 punt. Basket ta’ Reddish għalaq it-taqsima fuq skor ta’ 72-41. L-aħħar taqsima kienet l-aktar waħda favorevoli għac-champions bil-Luxol jirrilassaw xi ftit bil-vantaġġ komdu li kellhom. Starlites kellhom fost l-oħrajn it-trippli ta’ Andrew Aquilina, Kai u Miguel Fabri u rnexxielhom jagħqqdu run ta’ 12-2 bil-punti ta’ Reddish u Felice Pace. Luxol xorta kienu għadhom b’vantaġġ komdu u ħarġu rebbieħa 92-74.
Starlites JSD: B. Curran, S. Aquilina, A. Aquilina 6, K. Fabri 9, I. Felice Pace 9, M. Fabri 3, L. Riolo, M. Scerri 4, C. Paul 17, K. Xuereb 2, N. Sultana, T. Reddish 24.
Luxol Sherries Estates: D. Howard 32, A. Azzopardi 2, I. Azzopardi, V. Jandric 7 , JP Schembri 15, N. Xuereb 5, N. Bukva 2, C. Jones Mccrary 14, M. Matijevic, S. Cappello 13, N. Djakovic 2.
Referees: Gordon Barbara, Nestor Rincon, Miguel De Flavia.
Tigers………………….93
Valletta Lions…….124
(16-25)(19-36)(14-25)(44-38)
Kif mistenni, Valletta Lions kellhom rebħa faċli fuq Tigers 124-93 f’partita ta’ skor għoli u li fija saru xejn anqas minn 28 three pointer. Valletta serrħu lill-Amerikan Myles Carter għal din il-partita u kien nieqes ukoll Jonathan Camilleri. Kienet okkażżjoni wkoll għal coach Harry Savaya li jagħti ħafna ħin lil players anqas utiliżżati qabel ma jibda perjodu deċisiv għat-team ta’ Valletta. Tigers kellhom lura lil Ferdinand Lisondra wara diversi ġimgħat barra mil-logħba. Valletta ħadu l-ewwel vantaġġ ta’ 10-3 bi trippla ta’ Piotr Stelmach. Tigers ukoll wieġbu bi trippli minn Andre Attard u Albert Varcallo però Stelmach ukoll għamel żewġ trippli oħra flimkien ma’ Serge Hamparsoumian għal skor ta’ 25-16. Fit-tieni taqsima kien hemm run inizzjali minn Valletta ta’ 23-2 b’diversi punti ta’ Nikola Vasovic flimkien ma’ Eric Terry u trippli ta’ Nicholas Grech u Francesco Mifsud Bonnici. Issa Valletta kienu 30 punt minn fuq 48-18 u sa’ tmiem it-taqsima l-punti ġew regolarment fuq iż-żewġ naħat għal skor ta’ 61-35 fil-halftime.
Il-punti fit-tielet taqsima kienu aktar maqsuma għalkemm Valletta xorta waħda kellhom run ta’ 15-2. Il-baskets tagħhom kienu maqsuma bejn Stelmach, Vincic u Vasovic fil-waqt li għal Tigers kien hemm il-punti ta’ Lisondra u Saakian. Fl-aħħar taqsima d-difiżi kienu laxki tant li saru fijha 82 punt maqsumin kważi indaqs bejn iż-żewġ timijiet. Kien hemm ukoll sitt trippli għal Tigers minn Varcallo, Attard u Jordan u sebgħa ta’ Valletta li finalment rebħu l-partita 124-93.
Tigers: M. Farrugia, A. Attard 9, K. Jordan 33, F. Lisondra 8, M. Baldacchino 6, A. Varcallo 30, S. Saakian 5, D. Militello 2.
Valletta Lions: N. Grech 15, F. Mifsud Bonnici 4, N. Da Silva 2, P. Stelmach 33, S. Hamparsoumian 15, D. Schembri 6, N. Vasovic 27, S. Vincic 7, E. Terry 15.
Referees: Bernard Vassallo, Miguel De Flavia, Gianfranco Russo.
Sigma Depiro…………..89
Athleta AtoZ……………81
(27-23)(17-17)(20-18)(25-23)
Sigma Depiro temmew ċiklu ta’ erba’ partiti fi spazju ta’ disat’ijiem b’rebħa sofferta fuq Athleta AtoZ 89-81. Sa’ minuta u 20 sekonda Athleta kienu għadhom punt minn taħt 79-80. Kienu Depiro li fetħu l-aħjar meta għamlu l-ewwel hdax –il punt tal-partita fosthom trippla ta’ Cameron Cornelius flimkien ma’ Nikola Bozovic u Brandon Porter. Athleta waqqfuhom bil-punti ta’ Kurt James u trippli ta’ Robert Vitale u rnexxielhom jaslu sa’ basket ‘l bogħod 17-19. Hawn Depiro reġgħu għamlu sitt punti mingħajr risposta u temmew l-ewwel sessjoni fuq quddiem 27-23. Athleta ħarġu aħjar fit-tieni perjodu u kellhom il-punti ta’ James u Vitale flimkien ma’ Maxwell Amoafo u rnexxielhom jippareġjaw il-partita 33-33. Trippla ta’ David Bugeja poġġiet lil Depiro fuq quddiem li kellhom ukoll il-punti minn Cornelius. Athleta wieġbu b’basket ta’ Amoafo u trippla ta’ James però basket ta’ Porter eżatt qabel intemmet it-taqsima rat lil Depiro jidħlu jistrieħu erbgħa minn fuq 44-40.
Fit-tielet taqsima l-logħob kompla jkun bilanċjat fejn Depiro kellhom il-punti ta’ Porter u Sean Galea bl-Athleta jwieġbu bi trippla ta’ James u punti ta’ Amoafo. Basket minn Michelangelo Spiteri ġab l-iskor indaqs fis-sitt minuta 50-50 fil-waqt li trippla ta’ Vitale poġġiethom fuq quddiem. Fl-aħħar żewġ minuti kien hemm break qasir ta’ 7-2 minn Depiro għal skor ta’ 64-58. Il-qofol tal-partita ntlaħaq fl-aħħar sessjoni fejn minkejja l-isforzi tal-Athleta, Depiro rnexxielhom jibqgħu fuq quddiem. Bugeja, Cornelius u Brincat għamlu trippli mportanti għal Depiro però fuq in-naħa l-oħra dejjem sabu lil James u Matthews jirrispondu. Athleta waslu sa’ punt ‘l bogħod, 79-80 però però sensiela ta’ free-throws minn Cornelius u Porter assiguraw ir-rebħa lil Depiro
Sigma Depiro: S. Galea 6, D. Bugeja 16, N. Bozovic 10, N. Zivkovic, L. Stefanovic 2, A. Trapani, D. Tomasi , B. Porter 25, M. Brincat 9, C. Cornelius 21, M. Debattista.
Athleta AtoZ: K. Fabri, R. Vitale 18, A. Garcia, C. Matthews 12, E. Abela, K. James 26, M. Farrugia, M. Spiteri 4, A. Bozanic 6, L. Borg 4, M. Amoafo 7, G. Cassar 4.
Referees: Bernard Vassallo, Zvezdan Dobrosaviljevic, Fiorentina Ciurariu
//= $special ?>