Id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina llum ressaq każ ta’ ksur ta’ privileġġ kontra l-Prim Ministru Robert Abela li fid-diskors tiegħu allega li d-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina kien daħaq meta fil-parlament d-Deputat Laburista Carmelo Abela kien beka b’rabta mal-attentat ta’ hold-up li kien sar fuq l-HSBC ta’ Ħal Qormi.
Fil-każ ta’ ksur ta’ privileġġ, Karol Aquilina ċaħad bil-qawwi li hu kien daħak meta Carmelo Abela beka fil-parlament u talab lis-Sedja biex tieħu l-passi meħtieġa. Karol Aquilina staqsa wkoll lill-Prim Ministru għaliex, jekk verament jemmen f’Carmelo Abela, kien neħħih minn Ministri u ma reġax appuntah.
//= $special ?>