Internazzjonali

Korea t’Isfel: Pajjiż ixxukkjat wara l-qtil, fi skola, ta’ tifla ta’ tmien snin

Il-pajjiż jinsab taħt xokk wara l-qtil ‘bla preċedent’ ta’ tifla ta’ tmien snin li qalgħet daqqiet ta’ sikkina mingħand għalliema…Inċident li seħħ fi skola elementarja fil-belt ċentrali ta’ Daejeon. L-għalliema, li skont it-rapporti għandha ‘bejn 40 u 50 sena’ ammettiet lill-pulizija dwar ir-reat, bl-investigazzjonijiet qed ikomplu.

Il-vittma nstabet b’diversi ġrieħi madwar ġisimgħa waqt li kienet minxura fl-art, f’sezzjoni ta’ din l-iskola fit-tieni sular.

Mifhum li t-tifla mietet l-isptar aktar tard u wara li l-pulizija kienu anki sabu lill-għalliema maġenb il-vittma u li wkoll kellha l-feriti kaġunati b’daqqiet ta’ sikkina – bl-awtoritajiet ma jeskludux li hi deċidiet li tferi lilha nnfisha dritt wara l-attakk.

Il-President tal-Korea t’Isfel, Choi Sang-mok, ħa interess personali fil-każ waqt li ħeġġeġ biex l-awtoritajiet ikkonċernati jimplimentaw il-miżuri neċessarji biex jevitaw ‘traġedji oħrajn ta’ dan it-tip’ fil-futur.