Internazzjonali

Korea t’Isfel: Tifla maqtula minn għalliema fi skola primarja

Inċident li ħasad nazzjon sħiħ.

Dan hekk kif għalliema qatlet studenta ta’ 8 snin b’daqqiet ta’ sikkina fi skola primarja fil-Korea ta’ Isfel.

L-għalliema li għanda 40 sena ammettiet dan il-qtil mal-pulizija.

    It-tifla ta’ 8 snin instabet midruba fit-tieni sular ta’ din l-iskola, li tinsab fill-belt ċentrali ta’ Daejeon. Minnufih l-istudenta ttieħdet l-isptar però ġiet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.

    L-għalliema li wetqet dan ir-reat instabet ħdejha, hi wkoll b’daqqiet ta’ sikkina – li x’aktarx għamlet lilha nfisha.

    L-għalliema kienet talbet għal sitt xhur leave fid-9 ta’ Diċembru, bir-raġuni tkun li għandha dipressjoni; madanakollu hi rritornat lura lejn l-iskola wara 20 jum għax it-tabib li ezzaminaha qal li kienet tajba biex taħdem.

    Intant, diversi residenti f’din il-belt poġġew il-fjuri biswit il-grada tal-binja fejn seħħ il-qtil….u l-iskola li matul il-jum tat-Tlieta ma fetħitx.