Raġel ġie kundannat xahrejn ħabs u mmultat €3,000 wara li l-Qorti sabitu ħati fuq moħqrija tal-annimali u li aggredixxa uffiċjali tal-pulizija li mar id-dar tiegħu. Il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia nnutat li l-akkużat, Joseph Zahra, għandu rekord kriminali twil 109 paġni u kien “litanija ta’ reati differenti”.
Zahra nstab ħati ta’ moħqrija fuq l-annimali, hedded lill-uffiċjali tal-pulizija u li sar reċediv. Il-Qorti semgħet kif fit-2 ta’ Novembru 2019, Zahra talab lill-pulizija biex tmur id-dar tiegħu għax beża’ li ibnu, li kellu nuqqas ta’ qbil miegħu, kien sejjer hemm u jkun hemm kwistjonijiet.
Il-Pulizija marru hemm u sabu lil Zahra u lil ibnu jargumentaw. Waqt li kien hemm, Zahra hedded lill-uffiċjali fuq il-post u ġie arrestat. Ibnu qal lill-pulizija li kien hemm għasafar fi stat ħażin u l-pulizija sabu diversi għasafar f’gaġeġ mimlijin u maħmuġin. Xi wħud kienu mejta.
Fid-dawl taċ-ċirkostanzi, il-maġistrat tefgħet xahrejn ħabs lil Zahra u mmultath €3,000. Hija nnotat li kien hedded lill-uffiċjali tal-pulizija wara li kien talabhom imorru d-dar tiegħu biex jipproteġuh. Is-Supretendent Melvyn Camilleri mexxa l-prosekuzzjoni.
//= $special ?>