Wara l-fjask ta’ nhar il-Ġimgħa bil-programm ta’ Manuel Micallef, is-Super One qala’ ċamata oħra – din id-darba mill-eks Sindku Laburista tal-Belt Valletta Alfred Zammit.
Fil-fatt, Zammit ma ddejjaq xejn pubblikament jikkritika lill-istazzjon ta’ Robert Abela wara li s-Super One imbarka fuq kampanja ta’ attakki u negattività kontra l-Arċipriet u l-Viċi Arċipriet tal-parroċċa ta’ San Pawl fil-Belt Valletta.
Fuq Facebook, Alfred Zammit kiteb ċar u tond li hu “jikkundanna l-attakki inġusti” li saru mill-istazzjon Laburista. Bl-eks Sindku tal-Labour jgħid li dawn l-attakki saru minn media li “suppost taf aktar”.
![](https://cdn.netnews.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/11165827/AZ-600x129.jpg)