Dalgħodu l-ispeaker Anġlu Farrugia telaq minn Malta u beda l-vjaġġ tiegħu lejn New York fl-Istati Uniti.
Farrugia ser ikun qed jipparteċipa waqt laqgħa tal-Kumitat Preparatorju għas-Sitt Konferenza Dinjija tal-Ispeakers tal-Parlament li ser isseħħ fit-28 ta’ Lulju. Dan ser jiġi segwit b’Seduti Parlamentari organizzati mill-IPU.
Kull ħames snin, l-IPU b’kollaborazzjoni man-Nazzjonijiet Uniti tlaqqa’ konferenza Dinjija tal-Ispeakers Parlamentari, bl-għan li tkompli tgħin fl-avvanz b’saħħtu u effettiv tal-multikulturaliżmu – soċjetà li tħaddan kulturi differenti.
Ir-rappreżentanti għandhom irwol ewlieni – li jippromwovu r-responsabbiltà u d-demokrazija fir-relazzjonijiet internazzjonali, joffru servizz ta’ paċi u jservu ta’ vuċi għal-poplu fil-UN.
Il-konferenza ser tinżamm fil-Kwartieri tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York.
//= $special ?>