Il-Pulizija fl-Italja, fl-aħħar ħinijiet, wettqu sensiela ta’ rejds fuq il-familji tal-Mafja li qed imexxu l-attivitajiet kriminali tagħhom fil-madwar ta’ Palermo….Rejds meqjusa fost l-akbar ta’ dan it-tip fir-reġjun ta’ Sqallija.
‘Il fuq minn 1,200 uffiċjal tal-pulizija kienu involuti fl-azzjonijiet li, fi kliem il-Carabinieri, kienu intiżi biex ‘iżarmaw’ lill-entitajiet tal-Mafja li rabbew l-għeruq qalb iz-zoni partikulari.
Ir-rejds kellhom anki l-ħsieb li jwaqqfu lill-Mafja milli tiżviluppa mill-ġdid is-sistema amministrattiva għall-kriminalità magħrufa bħala l-‘Cupola’.
Intant, u waqt li diversi kapijiet tal-Mafja, fl-aħħar xhur, inħelsu mill-ħabs fuq appell, l-investigaturi qed iwissu li l-Mafjużi ewlenin li għadhom miżmumin il-ħabs qegħdin jużaw sistemi ta’ encryption fuq it-telefons ċellulari li bihom jistgħu jwasslu l-messaġġi sigrieti relatati mal-attivitajiet kriminali.
//= $special ?>