L-eks-President tal-Federazzjoni tal-Futbol Spanjola Luis Rubiales xehed fil-qorti kif il-bewsa kontroversjali li seħħet wara l-finali tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa ma’ Jenni Hermoso kienet waħda kunsenswali.
Il-każ seħħ wara li Spanja għelbu lill-Ingilterra fil-finali tat-Tazza tad-Dinja waqt li l-plejers Spanjoli kienu tilgħajn għall-midalja. Rubiales qal li hu ilu jaf lil Hermoso għal bosta snin u tagħha l-bewsa għaliex kienet għenet lil Spanja jirbħu t-Tazza tad-Dinja.
Il-ġimgħa li għaddiet Jenni Hermoso tat x-xiehda tagħha fil-qorti fejn qalet li dak il-mument ħalla teba’ fuq wieħed mill-aqwa mumenti fil-karriera tagħha. Hi qalet li bewsa fuq ix-xoffa sseħħ meta jkun hemm kunsens bejn iż-żewġ partijiet filwaqt li stqarret li rċeviet theddid fuq ħajjitha fejn saħansitra kellha tħalli Spanja u tmur tilgħab fil-Messiku.
//= $special ?>