Lokali Mużika

Martina Fenech b’kanzunetta ġdida – Don’t Slip Away

Martina Fenech tniedi l-ewwel kanzunetta tagħha bl-Ingliż bl-isem ‘Don’t Slip Away’. Hija qed tkompli ssaħħaħ il-karriera mużikali tagħha wara s-suċċess li kisbet is-sena l-oħra fl-OGAE Fan Vision Contest f’Hamburg.

Il-kanzunetta titratta s-suġett tal-imħabba bil-weġgħat li ġġib magħha kif ukoll is-saħħa li wieħed isib fih innifsu fiż-żminijiet l-aktar diffiċli.

Fi stqarrija Fenech qalet li “Don’t Slip Away” hija waħda mill-aktar kanzunetti personali li qatt irrekordjat u tixtieq li l-kanzunetta tolqot lil dawk li għaddejjin minn esperjenzi simili u jkunu jistgħu jirrelataw magħha.

Emil Calleja Bayliss kiteb il-lirika u huwa tenn li l-kitba ta’ din il-kanzunetta kien vjaġġ emozzjonali fejn Martina tat ħajja lill-kliem u Edward Abela, l-kompożitur sostna li permezz tal-mużika rnexxielhom joħolqu bilanċ bejn l-uġigħ tal-imħabba u l-qawwa li kulħadd għandu fih.

Wieħed jista’ jisma’ l-kanzunetta l-ġdida ta’ Martina fuq il-pjattaformi kollha.