Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “Ma niddejjaqx nitkellem fuq affarijiet li għamilt ħażin, anzi mmur u nibdilhom” – Indri Attard

Fi PROFILI tal-lejla se nkunu qed niltaqgħu ma’ Indri Attard. Il-profil numru 101 hu rinomat mar-radju, id-drama iżda wkoll huwa bniedem mimli talenti u arti.

Indri Attard se jkun qiegħed jaqsam magħna l-esperjenzi sbieħ fil-oqsma li hu jagħmel parti, it-tfulija li rawmitu, u l-aħħar xogħlijiet tiegħu bħala statwatur.

Matul il-programm se nkunu qed nitkellmu dwar dak li sawwar lill-protagonist, l-aspetti kollha tal-ħajja, iż-żmien ukoll meta kien ġurnalist u kif ukoll il-persuni li tant ituh l-appoġġ.

Is-suċċess tal-breakfast show fuq Net FM ġie għax jien inħalli n-nies jipparteċpaw

PROFILI, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Beverly Abela, illejla fit-8.30pm fuq NET TV.

Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki wħud mill-episodji fuq Spotify.