Kontingent tal-Malta Amateur Wrestling Federation ħa sehem fil-Kampjonati Britannici tar-Wrestling li saru fl-Arena Sports, f’Kettering Leisure Village.
Fil-kategorija 61 kilo Gary Giordimaina rebaħ il-midalja tal-bronz wara li għeleb lil Dinzada Bilal ta’ Impact Wrestling Club. Fil-process għal finali, Giorimaina tilef kontra Yousufi Haroon tal-London Wrestling Academy li rebaħ il-midalja tad-deheb. Fit-tieni post temm Tsewang Sherpa wkoll minn London Wrestling Academy.
Il-kontinġent Malti kien magħmul minn Msrk Bugeja fil-kategorija 70 kg.li wara li rebaħ lil Faheem Ahmed tilef kontra Felix Li fir-repechage biex temm fid-9 post minn 19 il-lottatur. Nico Zarb fil-kategorija 79 kg temm fis-7 post minn 15-il lottatur fejn wara li għeleb lil Balthasar Irvine safa eliminat fil-kwartifinali minn Yari Mazyar u Cendric Vella fil-kategorija 97 kg temm fil-ħames post minn tmien lottaturi wara li rebaħ lil Jessy Young Beke u tilef kontra Amir Tenarkhani li rebaħ il-kategorija u kontra Attwal Manav fir-repechage.
Il-lottaturi Maltin kienu mmexxija mill-kowċ nazzjonali Jesmond Giordimaina filwaqt li Abraham Vassallo kin bħala referee internazzjonali waqt l-istess kampjonati Britannici.
//= $special ?>