It-Tlieta filgħodu l-pajjiż qam maħsud bl-aħbar li Christ Gatt huwa ż-żagħżugħ li sfortunatament tilef ħajtu f’inċident li seħħ Ħal Luqa ftit qabel il-mini li jagħtu għal Ħal Kirkop.
Kien bosta li fuq il-midja soċjali sellmu l-memorja taż-żagħżugħ b’uħud minn sħabu jesprimu li sa ftit sigħat qabel l-inċident fatali kienu qed jitkellmu. Dan filwaqt li qalu li jinsabu xxukkjati b’din it-telfa hekk kif kienu ilhom jafu lil Christ minn eta’ bikrija. Oħrajn iddeskrivewh bħala ġuvni bilgħaqal u tar-rispett.
Il-kumpanija fejn kien jaħdem Gatt sellmet il-memorja tiegħu f’post mill-aktar emozzjonanti fejn qalet li bil-preżenza tiegħu huwa ħoloq sens ta’ familja qalb l-impjegati. Il-kumpanija ddeskrivietu bħala żagħżugħ ċajtier, responsabbli u ddedikat lejn ix-xogħol li kien jagħmel.
Tislima li spikkat kienet propju ta’ għalliema li fil-passat kellha lil Christ fil-klassi fejn esprimiet li tinsab taħt xokk qawwi kaġun ta’ din l-aħbar kerha. Dan filwaqt li kitbet li Gatt propju beda d-drama magħha u kien ħa sehem f’numru ta’ drammi li ttellgħu fl-iskola kemm f’partijiet umoristiċi kif ukoll partijiet serji. Infatti Christ matul is-snin Christ baqa’ attiv fid-drama tant li kien jagħmel parti mill-grupp tad-drama tal-Imtarfa.
Għaldaqstant, dalgħodu Mtarfa Drama sellmu l-memorja taż-żagħżugħ filwaqt li qalu li d-dedikazzjoni li kellu għandha sservi ta’ ispirazzjoni kbira għal dawk ta madwaru.
Oħrajn iddeskrivew lil Christ bħala persuna ċajtier u li kien iħobb jgħin lil kulħadd.
//= $special ?>