Karol Aquilina PN
Ix-Shadow Minister għall-Ġustizzja Karol Aquilina qal fil-parlament li l-liġi li biha l-gvern irid jneħħi d-dritt taċ-ċittadin li jmur quddiem maġistrat biex tinfetaħ inkjesta hi liġi kontra ċ-ċittadin u qed issir biex politiċi Laburisti ma jmorrux il-ħabs fuq il-korruzzjoni.
Karol Aquilina qal l-Prim Ministru jrid iwaqqaf mill-maġistrati milli jagħmlu xogħlhom billi ma jkunux f’pożizzjoni li jinvestigaw il-korruzzjoni. Hu qal li kien hemm ftit inkjesti maġisterjali li kollha seħħu minħabba fatt wieħed u sostna li l-għodda tal-inkejsti għandha tkun imsaħħa.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern ma jistax jieħu l-poteri minn idejn il-ġudikatura u jgħaddihom lill-Kummissarju tal-Pulizija għaliex dawn id-drittijiet huma minquxa fil-kostituzzjoni.
Il-Prim Ministru ma jistax jagħmel dan, sostna Karol Aquilina, li qal li dan l-abbuż ma jistax ikun aċċettat. Dawn l-affarijiet lanqas seħħew taħt l-agħar żminijiet ta’ Mintoff, fejn kien hemm abbużi kbar fil-konfront tal-ġudikatura. Hu semma’ l-qtil ta’ Lino Cauchi li fih il-pulizija lanqas biss talbu inkjesta meta dan għeb u wara instab imqatta’ f’bir fil-Buskett.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li f’dan il-każ, il-maġsitrat kien skopra li l-pulizija ma ridux jiskopru l-verità dwar Lino Cauchi li lanqas biss fetħu inkjesta maġisterjali. Kien il-Maġistrat David Scicluna li ordna li tinfetaħ inkjesta maġisterjali dwar dan il-każ.
Karol Aquilina kompla li hemm każi oħra fejn il-puliizja rrifjutaw li jagħmlu xogħlhom kif suppost. Il-gevrn m’għandux il-mandatt elettorali li jmiss dan id-dritt li għandu ċ-ċittadin għaliex fil-programm elettorali, il-PL ma qal imkien li jieħu d-dritt tal-inkjesti minn idejn iċ-ċittadin.
Din hi liġi perikoluża u anti-demokratika li għandha tiftaħ għajnejn il-polu li qed jara quddiemu iż-żarmar tad-demokrazija fil-pajjiż. Il-gvern m’għadux iktar demokratika u issa sar gvern dritt li jrid jaħtaf il-poter biex joqtol u jisraq lil min irid hu.
Hu qal li l-gvern diġà nstab aħti li ħoloq il-klima ta’ impunità li wasslet għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Fl-inkjesta dwar dan il-qtil, l-imħallfin ikkonkludew li l-qtil seħħ inħabba l-investigazzjonijiet li kienet qed tagħmel Daphne Caruana Galizia.
L-inkjesta konkludiet li dan seħħ minħabba li kien hawn gvern mifni bil-korruzzjoni u ħoloq sistema li tipproteġi proju lil dawn in-nies. Għalhekk dan hu gvern li għad irid joqtol lil xi ħadd għaleix il-gvern qed juża l-istess attitudni negattiva, ħażina u negattiva li wasslet għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan il-periklu llum jeżisti fil-konfront ta’ persuni oħra, sostna d-deputat Nazzjonalista, li qal li hu skandlauż li l-Korp tal-Pulizja qed jirrifjuta li joffrilhom protezzjoni.
Il-ġimgħa li għaddiet, f’xhieda fil-qorti, il-bodyguard ta’ Joseph Muscat u membru tas-Servizz tas-Sigurtà xehed li hu qal lil Muscat li Keith Schembri biex bagħtu biex ikellem lil qattiela ta’ Daphne Caruana Galizia iżda Muscat qallu li aħjar ma jkunx jaf. Dan minflok mar ikellem lill-maġistrat inkwerenti.
Quddiem dan kollu, il-Kummissarju tal-Pulizija ma jieħux passi, sostna Karol Aquilina, li kompla jsemmi diversi każi ta’ abbużi minn Keith Schembri. Jirriżulta li dawk li għamlu l-bomba lil Daphne kienu jafu li se jsir ir-raid fuqhom. Dan filwaqt li minkejja ordni li Ali Sadr, iċ-Chairman tal-Bank Pilatus, għandu jkun arrestat u jinġieb Malta, il-Kummissarju ma jieħux passi.
Il-gvern qered l-istituzzjonijiet tal-pajjiż u għamel l-agħar servizz lill-poplu Malti, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-investigazzjonijiet isiru mill-pulizija u l-maġistratura. Hu sostna li d-dritt li tinfetaħ inkjesta maġisterjali hu fundamentali fis-sistema tal-ġustizzja; allaħares l-inkjesti jiddependu biss mill-pulizija għaliex kienu dawn ma jsirux.
Karol Aquilina qal li wara l-elezzjoni tal-2013, bdew immedjatament ifaqqsu numru ta każi li juru abbuż ta’ poter u korruzzjoni iżda ma kienx hemm ċaqlieq ta’ inkjesti maġisterjali sakemm faqqgħu l-Panama Papers u l-każ ta’ 17 Black. Dan wassal biex il-pulizija bilfors kellha tieħu xi forma ta’ azzjoni iżda dan ma seħħu.
L-FIAU ħejjiet rapport li mar għand il-pulizija iżda xorta ma sar xejn. Kien biss meta dan ir-rapport kien żvelat li bdiet il-ħidma biex ikunu stabbiliti ta’ min huma l-kumpaniji sigrieti. Kieku ma’ kienx għall-ex Kap tal-PN Simon Busuttil kieku ma kien isir xejn. Illum hemm diversi persuni li huma akkużati dwr 17 Black.
Waħda mill-bidliet li se jsiru mill-gvern hi li l-inkjesti ma jdumux is-snin miftuħa iżda jrid jagħmel giljottina billi dawn idumu biss sitt xhur u l-massimu hu biss sentejn biex wara l-maġistrat irid jgħalaq l-inkjesti kif tkun u jibgħata għand l-Avukat Ġenerali. Hu qal li kulħadd jaqbel li l-inkjesti m’għandhomx idumu iżda l-gvern irid li jiddeċiedi hu meta l-inkjesti jingħalqu.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern qed jgħid li fil-każ ta’ inkjesti pendenti, il-gvern irid li sitt xhur oħra dawn l-inkjesti jridu jingħalqu bilfors. Fost dawn hemm dawk dwar Raymond Caruana, Karin Grech, Daphne Caruana Galizia, l-Electrogas, il-windfarms tal-Montenegro u l-Panama Papers. Din hi oxxenità kbira li qed jagħmel dan il-gvern, sostna Karol Aquilina, li kompla li l-gvern se joqtol l-inkejsti maġisterjali.
Hu qal li l-gvern qed jindaħal biex l-awtoritajiet tal-gvern jibdew jindaħlu fl-inkjesti maġisterjali. Il-gvern irid li flok iċ-ċittadin imur quddiem Maġistrat tal-Għassa jrid imur quddiem Imħallef fejn m’hemmx lok ta’ appell.
Il-gvern irid ukoll li ċ-ċittadin irid jipprovdi l-provi hu minflok fl-investigazzjonijiet. Dan qed isir għaliex il-gevrn jaf li ċ-ċittadin m’għandux l-awtorità li jiġbor il-provi. Il-pulizija qed jingħataw id-dritt li jkomplu jinvestigaw minflok tinfetaħ inkjesta. X’isir jekk il-pulizija ma tagħmilx xogħlha?
Il-gvern irid jindaħal ukoll fil-mod kif jinħatru esperti, sostna d-deputat Nazzjonalista li nsista li għandhom ikunu l-maġistrati li jridu jagħżlu l-epserti.
Fil-każi ta’ ħasil ta’ flus, il-gvern irid li ma jkunx hemm kumpanji ta’ esperti iżda individwi. Dan filwaqt li l-gvern qed jagħmel il-liġi b’mod retroattiv; dan ma sar qatt qabel u biex se jitħassru l-inkjesti tal-passat. Din hi liġi kontra ċ-ċittadin Malti, li l-pajjiż m’għandux bżonnha għaliex dak li hawn bżonn hu li jissaħħu jdejn il-maġistrati, sostna Karol Aquilina, li kompla li din hi liġi li l-gvern qed jagħmilha għax għandu l-faħam miblul.
Il-gvern se jibqa’ jinqabad u għalhekk qed jagħmel din il-liġi u biex jevita li wħud mill-gvern imorru l-ħabs. Din il-liġi qed issir biex dawk li kienu fil-Gvern Laburista jiffrankaw il-ħabs. Hemm deputati Laburisti li ma jaqblux ma din il-liġi u li diġà tkellmu internament, sostna d-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina.
//= $special ?>