Elon Musk, l-aktar bniedem sinjur fid-dinja, ċaħad li mexxa “takeover ostili” tal-gvern Amerikan…. u ddefenda l-pjanijiet tiegħu ta’ tnaqqis fl-ispejjeż.
Trump iffirma ordni eżekuttiva li tagħti lid-Dipartiment tal-Effiċjenza tal-Gvern ta’ Musk aktar awtorità biex inaqqas il-forza tax-xogħol federali. L-aġenzija ġiet ikkritikata mid-Demokratiċi għal nuqqas ta’ trasparenza u sfidi legali.
Musk mexxa l-isforz sabiex jiċkien malajr il-gvern federali, filwaqt li daħal f’diversi dipartimenti biex jimmonitorja l-infiq … u mexa biex jiffriża l-finanzjament federali u l-ħidma ta’ aġenziji, bħal mhi l-Aġenzija tal-Istati Uniti għall-Iżvilupp Internazzjonali.
Trump saħaq li hu stmat li se jiġu skoperti aktar minn triljun dollaru f’ħela, iżda ma provdiex evidenza ta’ dan.