Everton salvaw draw fl-aħħar sekondi tal-aħħar Merseyside Derby f’Goodison Park, bil-partita tintemm bl-iskor ta’ 2-2. B’dan ir-riżultat Liverpool baqgħu f’ras il-klassifika b’7 punti fuq Arsenal li jinsabu fit-tieni post. Kienu Everton li fetħu l-iskor fil-11-il minuta b’gowl ta’ Beto qabel kien Alexis Mac Allister li ħames minuti wara kiseb il-gowl tad-draw. Liverpool marru fil-vantaġġ fit-73 minuta permezz ta’ Mohammed Salah, qabel fit-98 minuta kien il-captain James Tarkowski li b’volley mill-isbaħ għeleb lil Alisson u tefa’ lill-partitarji ta’ Everton f’dillirju ta’ ferħ. Intant f’xeni xejn pjaċevoli fl-aħħar tal-partita, tkeċċew Curtis Jones u l-kowċ Arne Slot għal Liverpool u Abdoulaye Doucoure għal Everton.
//= $special ?>Everton isalvaw draw drammatiku fl-aħħar derby f’Goodison Park
![](https://cdn.netnews.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/12232746/lcimg-45124551-bb08-4bc5-b48c-7dba8e53c320-990x659.jpeg)