Joe Giglio, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Joe Giglio qal fl-Aġġorament tal-parlament li għandha ssir kampanja ta’ edukazzjoni dwar is-sigurtà fit-toroq.
Joe Giglio qal li hawn wisq inċidenti fatali fit-toroq u spjega li din il-problema għandha tkun indirizzata. Jeħtieġ edukazzjoni biex kulħadd jifhem li s-sewwieqa jkollhom f’idejhom arma letali li tista’ toqtol.
Dawn il-kampanji edukativi m’għadhomx isiru ħlief għal xi ftit bill-boards, sostna d-deputat Nazzjonalista, li appella biex ikunu kkunsidrati t-toroq li fihom hemm diversi perikli tant li jsiru iktar inċidenti.
Għalhekk jeħtieġ li jkun hemm il-kunsiderazzjonijiet neċessarji, sostna d-deputat Nazzjonalista, li appella biex isir investiment fit-teknoloġija fit-toroq fosthom il-cameras.
Joe Giglio qal li jeħtieġ li jsir titjib fuq il-liġijiet eżistenti biex dawn jirriflettu r-realtajiet tal-lum. Hu kompla li l-inċidenti qed iseħħu ta’ kuljum u għalhekk jeħtieġ li l-infurzar ikun wieħed iktar effettiv.
Joe Gigilio kompla li dan żgur li mhwiex biżżejjed u żied li jeħtieġ li jkun hemm iktar dixxiplina. Is-sistema tal-punti għandha tkun riveduta għaliex qed jintbagħtu ittri f’indirizzi ħżiena lill-persuni li suppost il-liċenjza tiegħu tkun revokata.
Il-gvern għandu l-obbligu li jressaq ‘il quddiem il-proposti għaliex is-sitwazzjoni qed teskala, sostna d-deputat Nazzjonalista.
//= $special ?>