Futbol Sport

IFA Malta b’esperjenza ma’ bosta klabbs kbar fl-Ingilterra

Il-International Football Academy (IFA) qed ikollhom esperjenza mill-aqwa fejn bosta tfal Maltin qed ikollhom iċ-ċans li jilagħbu kontra numru ta’ akkademiji kbar fosthom Liverpool, Stoke City, Sale United u Audley FC. F’dawn il-partiti l-plejers Maltin se jkollhom l-opportunità li jaraw mill-qrib il-faċilitajiet tat-taħriġ u l-grawnds ta’ dawn it-timijiet professjonali.

Parti minn din l-esperjenza tippermetti wkoll biex it-tfal jitħarrġu ma’ kowċis professjonali minn Stoke City FC.

It-tfal anke assistew għall-partita eċċitanti bejn Manchester United u Leicester City fl-FA Cup, kif ukoll kellhom tour madwar il-grawnd ta’ Stoke City fejn hemm ukoll iltaqgħu ma’ numru ta’ plejers.

Permezz ta’ din l-esperjenza t-tfal qed ikollhom opportunità unika li jaraw kif jaħdmu u jitħarrġu dawn il-plejers professjonali, u jilagħbu kontra fost l-aqwa akkademiji fl-Ingilterra.