Charles Azzopardi, PN
Id-Deputat Charles Azzopardi qal fil-parlament li l-gvern irid ikompli jiddefendi l-korruzzjoni bil-liġi dwar l-inkjesti.
Charles Azzopardi appella għal iktar determinazzjoni quddiem l-isfidi li għandu l-pajjiż; għalhekk il-gvern ed jgħaġġel biex jagħlaq l-inkjesti li għadhom miftuħin. Dan iwassal biex dawn l-inkjesti jingħalqu bla iktar investigazzjoni.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern seraq lill-poplu u żied li jrid ikun gvern ġdid Nazzjonalista li jirranġa din is-sitwazzjoni. Hu żied li l-akbar kriżi hi l-governanza mimlija b’manuvri, tixħim u intriċċi; kuljum b’xi ħaġa ġdida.
Charles Azzoaprdi qal li l-Prim Ministru hu nkwetat li sħabu qed jitressqu l-qorti u qed jipprova jirranġa l-affarijiet biex tinstab forma ta’ paċi bejn il-fazzjonijiet fil-PL. Malta għandha bżonn tama, sostna d-deputat Nazzjonalista li kompla li l-gvern riid iwaqqaf lill-istituzzjonijiet milli jaħdmu. Issa se jkun il-Kummissarju tal-Pulizija li jrid jagħmel xogħlu meta dan hu pupazz f’idejn il-Prim Minisrtu.
Robert Abela jrid li l-Kummissarju tal-Pulizija ma jinvestigax għaliex il-kriminali u l-korrotti huma viċin il-Gvern Laburista. Min ma jiġġilidix il-korruzzjoni hu korrott. Li kien għall-Gvern Laburista ma kinux isiru l-investigazzjonijiet biex jitressqu l-persuni fil-Gvern Laburista akkużati b’korruzzjoni.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Avukat Ġenerali ma jridx li l-inkjesta 17 Black tingħata lil min talabha u ma tridx tippubblikaha. Hu żied li l-gvern ma jridx li jsiru l-inkjesti kif saru dwar l-isptarijiet u l-korruzzjoni.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-qorti kkonfermat li l-Gvern Laburista aġixxa b’mod frawdalenti ma’ Vitals/Steward u qal li l-ħaddiem ġust u ġenwin xeba’ llum induna bl-ingann tal-PL tant li mhux qed jafda lil dan il-partit.
Charles Azzopardi kompla li l-inkjesta maġisterjali ma tinfetaħx kif ġie ġie kif qed jallega l-PL. Hu fakkar kif l-ex Ministru Giovanna Debono kienet il-vittma ta’ attakk tal-PL biex jipprovaw iħammġuha. Il-gvern moħħu biss fih innifsu, sostna Charles Azzoaprdi, li qal li l-gvern qed ikompli jidddefendi l-korruzzjoni billi jdaħħal din il-liġi li taħbi l-verità.
//= $special ?>