F’ittra formali mibgħuta lill-Gvern Malti, il-Kummissjoni Ewropea talbet sabiex jiġu ndirizzati numru ta’ mistoqsijiet dwar l-insib għall-għasafar tal-għana.
Il-Kummissjoni saħqet li l-Gvern qed jonqos milli jimxi ma’ sentenza li ngħatat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropeja, mogħtija lura fid-19 ta’ Settembru tas-sena li għaddiet.
Fis-sentenza tagħha, l-Qorti kienet ikkonkludiet, li l-Gvern ma mexiex mal-obbligi tad-Direttiva tal-Għasafar meta ħalla insib ta’ seba’ speċi simili għad-deroga miċħuda minnha.
Bil-Kummissjoni tgħid illi l-Gvern naqas milli jipprovdi raġunijiet li jiġġustifikaw id-deroga ġdida.
Intant, il-Gvern issa għandu xahrejn biex jirrispondi din l-ittra, u jekk il-Kummissjoni Ewropeja ma tkunx sodisfatta tista’ tirreferi l-każ għall-Qorti tal-Ġustizzja u għaldaqstant titlob li l-Gvern jiġi mmultat.
//= $special ?>