Ir-Russja fetħet attakk bil-missili fuq il-kapitali tal-Ukrajna, Kyiv, fejn inqatlet persuna u ndarbu erbgħa oħra. Il-militar Ukren sostna li waqqa’ sitta minn seba’ missili u 71 drone li intbaghtu mir-Russja.
L-attakk seħħ fuq bosta distretti fil-qalba ta’ Kiev fejn ħalla ħsara kbira lill-infrastruttura u lill-bini residenzjali.
Il-President Volodymyr Zelensky issuġġerixxa li partijiet mir-reġjun ta’ Kursk li bħalissa jinsab okupat minn Moska jista jibqa f’idejn l-Ukreni… jew ikun hemm lok għal negozjar fuq biċċa art oħra.
L-għan tal-operazzjoni ta’ Kursk kien inizjalment li ttaffi l-pressjoni fuq it-truppi Ukreni, iżda bid-dominanza kontinwa mill-kamp Russu, Zelensky issa qed jużaha bħala opportunita ta’ politika sabiex jintlaħaq ftheim għal paċi.
Zelensky ammetta ukoll li pajjiżu ma jistax igawdi garanziji tas-sigurtà mingħajr l-akbar alleat tagħha, l-Istati Uniti …..hekk kif nhar il-Ġimgħa li ġej Zelensky se jkun qed jiltaqa’ mal-Viċi President JD Vance.
//= $special ?>