Lokali

Raġel jeħlisha ħafif wara li nqeleb b’vann f’Għawdex

Raġel ta’ 79 sena mir-Rabat Għawdex ittieħed b’urġenza l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara li nqeleb vann li kien qed isuq.

Jidher illi l-inċidenti seħħ għall-ħabta tas-1:30pm. Fejn il-vann ħabat ma’ ħajt u nqeleb.

Huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ħfief.

Aktar kmieni

Il-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għaddejin b’operazzjoni delikata sabiex jinħareġ raġel maqbud fi trukk fin-Nadur Għawdex.

Skont informazzjoni li għandha din il-kamra tal-aħbarijiet jidher, illi ftit tal-ħin ilu nqaleb vann li kien qed iġorr il-larinġ fi Triq ir-Rabat, fin-Nadur Għawdex. Bil-konsegwena li nqabad raġel fil-vann.

Aktar dettalji fil-ħin illi ġej.