Charles Azzopardi, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Charles Azzopardi sostna li l-edukazzjoni fit-tul teħtieġ investiment dirett.
Fl-Aġġornament tal-parlament Charles Azzopardi tkellem dwar l-edukazzjoni fit-tul u qal li l-gvern ma jemminx fl-edukazzjoni tan-nies. Il-gvern qed jinvesti biss ftit eluf fit-tagħlim li mhuwiex obbligatorju tant li fl-20025 il-gvern alloka biss €192,000. Dan juri li l-gvern ma jemminx f’edukazzjoni ħolistika, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li t-tagħlim mhuwiex biss il-korsijiet ta’ wara l-ħin.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li għandu jsir investiment biex id-dilettanti tal-filatelija Malitja jsaħħu d-delizzju tagħhom u jgħadduh lil ġenerazzjonijiet oħra. Hu qal li l-PN jemmen f’iktar investiment f’edukazzjoni li tħares lil kulħadd.
Jeħtieġ li t-tagħlim ikun iffukat fil-kurrikulum minimu nazzjonali billi jissaħħu r-rakkomandazzjonijet. Minkejja li l-kurrikul ilu fis-seħħ 12-il sena, ma kien hemm l-ebda tibdil fih, sostna d-deputat Nazzjonalista, li qal li ma kienx hemm ebda evalwazzjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet li kellhom jingħataw importanza.
Il-gvern ippubblika żewġ pjani strateġika dwar it-tagħlim li huma strettament politiċi u nieqsa minn politika li ssaħħaħ id-demokrazija ta’ edukazzjoni inklussiva.
Charles Azzoprdi ppropona li titwaqqaf kummissjoni dwar l-industrija għat-taħriġ u tinvolvi sħubija bejn il-gvern, il-Kamra tal-Kummerċ, il-unions u s-soċjetà ċivili. Hu appella biex il-mużewijiet u l-libreriji jkollhom informazzjoni diġitali biex isir iktar investiment fit-tagħlim għall-ħajja.
//= $special ?>